Internazzjonali

Żagħżugħ Afgan iweġġa’ 4 persuni b’mannara u sikkina fuq ferrovija

ferrovija attakk 1

Żagħżugħ Afgan ta’ 17-il sena, armat b’mannara u sikkina weġġa’ 4 min-nies fuq ferrovija fil-Ġermanja filwaqt li 14-il persuna oħra ttieħdu l-isptar għall-kura minħabba x-xokk li sofrew. Għalkemm il-mottif wara dan l-attakk għadu mhux magħruf, xhieda minn fuq il-post qalu li semgħu lill-agressur jgħajjat “Allahu Akbar” waqt l-attakk.

Fi stqarrija, il-Pulizija Ġermaniża qalet li ż-żagħżugħ miet wara li sparaw fuqu huma stess hekk kif prova jaħrab minn fuq il-post tal-attakk.

L-attakk seħħ matul il-lejl li għadda fuq ferrovija li kienet sejra fid-direzzjoni lejn Wurzburg.