Aktar minn 27,000 persuna ntlaqtu mill-kollass tal-aġenzija tal-ivjaġġar Lowcosttravel Ltd li nhar il-15 ta’ Lulju ddikjarat li waqqfet l-operat tagħha wara li falliet.
Is-27,000 turist li ġew affettwati sa issa, kienu qegħdin fuq btala u kellhom jerġgħu jħallsu għall-akkomodazzjoni u għas-servizzi tat-trasport wara li kienu diġà ħallsu lill-aġenzija meta bbukkjawhom. Dan għaliex, l-aġenzija kienet laħqet ħalset għall-biljetti tal-ajru tal-klijenti tagħha imma mhux għall-akkomodazzjoni u servizzi oħra. Uħud minn dawn it-turisti li ġew affetwati kienu jew għadhom qegħdin Malta. Filfatt, l-MHRA qed iżżomm kuntatt ma’ dawk il-membri li ġew affetwati b’dan.
Wieħed mill-klijenti li ġie affettwat minn dan kollu hu Gary Rapley li flimkien ma’ martu kienu ġejjin Malta iżda ntallbu jħallsu 800 sterlina oħra għall-akkomodazzjoni.
Is-sit onljan tal-aġenzija issa m’għadux juri l-offerti għad-destinazzjonijiet diversi li kien joffri, imma minflok tiskuża ruħha u tgħid li l-aġenzija waqfet l-operat tagħha. L-aġenzija tkompli tgħid li dan il-falliment kien riżultat tas-sitwazzjoni agħar li ġiet fiha wara l-Brexit.
//= $special ?>