Fl-aġġornament tas-seduta ta’ nhar l-Erbgħa, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet dwar kummenti li saru mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca dwar kummenti li jsiru fis-social media.
Claudette Buttugieg qalet li ma tistax ma tirrimarkax li Uffiċjal impjegat fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru jagħżel biex jattakka personalment lil persuni li jagħżel hu partikolarment biex jattakkahom għaliex huma viċin il-Kap tal- Oppożizzjoni.
Claudette Buttigieg qalet li hi ma taqbel xejn li jittieħdu ritratti ta’ Membri Parlamentari waqt li jkunu mal-membri tal-familja f’postijiet pubbliċi u jintużaw fil-media biex ikunu redikolati.
Id-Deputat Nazzjonalista qalet li hemm min qed iħossu kkundizzjonat dwar fejn imur f’postijeit pubbliċi anke jekk m’hu qed isir xejn ħażin. Smmiet ukoll iċ-ċirkostanza fejn xi ħadd ħadilha ritratt u fih dehret ukoll bintha.
//= $special ?>