Kultura Kummerċ Lokali

Firxa ġdida u ikbar ta’ birer għall-Farsons Beer Festival

Fl-okkażjoni tal-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena, l-Birrerija Farsons nediet firxa ġdida u aktar wiesgħa ta’ birer klassiċi.

Żewġ birer ġodda fost l-għażla ta’ Farsons huma l-Farsons India Pale Ale u l-Farsons Double Red Strong Ale. Dawn iż-żewġ birer imorra lura għaż-żmien tal-ftuħ ta’ din il-birrerija lokali li produċiet l-ewwel birra lokali f’pajjiżna fl-1928 – il-Farsons Pale Ale.

Dawn il-birer ġodda għandom togħma distinta minn xulxin, filfatt il-birra Farsons India Pale Ale hi kemmxejn morra, u hi magħmula b’xgħir ta’ kwalita’ tajba ħafna u b’ħops tradizzjonali Ingliż. Minn naħa l-oħra l-Farsons Double Red hi magħmula minx-xgħir biss, u hi aktar qawwija b’lewn ħamrani skur. Din tal-aħħar hi deskritta b’togħma morra u ħelwa li hi pjaċevoli u mill-aktar bilanċjata.

Birra oħra li ġiet mnedija hi l-verżjoni draught tal-Farsons Blue Label, li se tkun offruta minn vit ġdid b’disinn apposta biex iżomm l-karatteristika fina u kremuża unika tagħha.

Żgur li din l-aħbar se tinżel tajjeb mal-Maltin, hekk kif dan kollu se jkun disponibbli b’mod esklussiv għall-ewwel darba fil-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena – partikolarment mir-Rock Area u miċ-Ċisk Main Bar.

Il-Farsons Beer Festival se tibda minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju u tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 31 ta’ Lulju fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.