L-ebda tarmac, rotta imħarbta, ħafna trab, l-ebda aċċess għat-telefowns ċellulari u temperaturi estremi – minn kesħa bil-lejl għal sħana tremenda f’nofsinhar. Hija din is-sitwazzjoni li jinsabu fiha il-parteċipanti tal-isfida Life Cycle li bħalissa jinsabu fiż-Żambja, fl-Afrika ċentrali.
Għal jumejn sħaħ iċ-ċiklisti lanqas setgħu jagħmlu kuntatt mal-qraba tagħhom f’Malta minħabba li jinsabu litteralment f’nofs ix-xejn!
B’kollox fl-aħħar 24 siegħa ċ-ċiklisti qadfu 371 kilometru.
L-iskop tal-Life Cycle hu li jinġabru fondi sabiex jintużaw b’risq ir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei.
Donazzjonijiet jintlaqgħu fuq dawn in-numri:
SMS
5061 7370 €2.33
5061 8920 €6.99
5061 9229 €11.65
Telefonati
5160 2020 €10.00
5170 2005 €15.00
5180 2006 €25.00