Wara l-aħbar li xxandret f’dan is-sit u l-pressjoni li saret mill-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bdiet tneħħi l-imsiemer li hemm taħt il-baħar f’parti minn Ta’ Fra Ben – imsiemer imwaħħlin ma’ struttura antika u li kienu perikolużi ħafna.
Ħafna kienu inkwetati b’dan il-periklu, l-aktar wara li fl-aħħar jiem itella’ fuq YouTube filmat li wera x’kien hemm eżatt, u l-periklu għall-għawwiema li jmorru fil-Ponta tal-Qawra.
Dan il-post huwa popolari ma’ diversi familji li jmorru bit-tfal kif ukoll turisti.
Wara li ttella’ l-artiklu fis-sit tagħna, dalgħodu dehru fuq il-post ħaddiema u inġenji li bdew ineħħu l-periklu.
//= $special ?>