Lokali Saħħa

Inawgurati 14-il klinka f’Mater Dei

Fl-Isptar Mater Dei – l-Ministru Chris Fearne inawgura 14-il klinika li se jservu fit-taqsima preparatorja għall-operazzjonijiet, għall-pazjenti Maltin. Din it-taqsima hi magħrufa bħala l-POAC – Pre-Operative Assessment Clinic.

Il-Ministru Fearne stqarr li l-ewwel indikazzjonijiet juru li minn total ta’ 60,000 operazzjoni li saret is-sena l-oħra f’pajjinżna, din is-sena se naraw żieda ta’ 6% – għaldaqstant ġew mnieda 14-il klinika ġdida.

F’dawn il-kliniċi se jsiru t-testijiet neċċessarji ftiet tal-jiem qabel il-pazjent li jkun se jidħol jagħmel operazzjoni skedata – u minflok l-pazjent jgħaddi l-lejl rikoverat fl-isptar – dan jintbat lura d-dar u juża’ s-servizz tal-isptar biss mid-data tal-operazzjoni.

Il-Ministru qal li problema li l-Isptar Mater Dei kien qed jaffaċċja kien li bosta pazjenti kienu qed jiddaħħlu ġranet qabel l-operazzjoni minħabba t-testijiet neċessarji ta’ qabel, u b’kosnegwenza li jokkuppaw bejn 150 u 200 sodda kuljum.

Skont il-Ministru Fearne, l-iskop ewlieni ta’ din is-sistema hi li tiżdied l-effiċjenza fl-isptar, u jintużaw ir-riżorsi li joffri l-isptar Mater Dei bl-aqwa mod.

Fl-2015, fl-Isptar Mater Dei saru 53,000 operazzjoni – b’total ta’ 85% tal-operazzjonijiet kollha li saru f’Malta.