Jekk sejjer l-ajruport u tara ħafna ambulanzi, fire engines jew pulizija tieħux qatgħa, għax illum waranofsinhar, bejn l-4pm u s-6pm fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jsir eżerċizzju ta’ salvataġġ bħala taħriġ fil-każ li xi darba jinqala xi ħaġa.
It-taħriġ se jkun qed isir primarjament biex jiġi ttestjat kemm id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-isptar Mater Dei huma preparati għal ċirkustanzi ta’ emerġenza.
//= $special ?>