Ftit tal-ħin ilu ntlemaħ katavru fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex.
Sa issa m’hemm l-ebda konferma iżda jista’ jkun li dan hu l-katavru taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li ilu nieqes mill-Ħamis li għadda.
Iż-żagħżugħ li kien imfittex hu Bence Murinai, Ungeriż li nhar il-Ħamis li għadda niżel jgħum flimkien ma’ ħuh f’Għar Qawqla, Marsalforn, u ma rritornax lura l-art.
It-tfittxija għalih ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Pulizija u mill-FAM.
//= $special ?>