Il-linja tal-ajru Ryanair se tibda topera titjiriet lejn u minn Katanja mit-30 ta’ Ottubru li ġej.
Ryanair qalet li t-titjiriet se jibdew ikunu kuljum u l-prezzijiet tat-titjiriet f’Novembru se jibdew minn €19.99. Dawn l-offerti huma validi sa’ nofsillejla ta’ nhar il-Ħadd li ġej.
Apparti minn hekk Ryanair qalet li minbarra titjiriet ġodda, il-passiġġiera Maltin se jkunu qed igawdu minn tibdiliet fl-ajruplani mnn ġewwa u kif ukoll minn diversi rotot oħra li se jkunu qed jiġu ntrodotti fil-futur.
//= $special ?>