Il-Front Harsien ODZ fi stqarrija esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt illi l-Kunsill Laburista ta’ Santa Luċija qed jappoġġja żvilupp f’zona ODZ. Dan seħħ permezz ta’ vot li ttieħed fis-27 ta’ Ġunju favur il-bini ta’ kumpless għall-anzjani. Kienu biss il-kunsillieri tal-PN Caroline Galea u Liam Sciberras illi ivvutaw kontra.
L-istqarrija tgħid illi huwa stramb kif il-Kunsill ta’ Santa Luċija, minflok iddefenda l-interessi tar-residenti, qed jappoġġja żvilupp ODZ qrib Wied Garnaw.
Iżda agħar minn hekk, dan il-vot qed jesponi kuntradizzjoni kbira fil-Partit Laburista. Filwaqt li l-Kunsill Laburista ta’ Santa Luċija ivvota favur dan l-iżvilupp, Kunsill Laburista ieħor – din id-darba ta’ Raħal Ġdid – ivvota kontra.
Il-Front fl-istqarrija fakkar lill-Prim Ministru illi anke hu kien wiegħed li mhux se jkompli jnaqqar aktar zoni ODZ.
//= $special ?>