Lokali

It-tielet persuna fl-inċident fatali tal-bieraħ filgħodu tistenbaħ fl-Isptar – jirrealizza li tilef “anġlu sabiħ”

“Irrealizzajt li dik li kont fiha ma kinitx xi ħolma kerha (nightmare), iżda verità … Għalkemm kont ilni naf lil Tara għal din l-aħħar sena biss, bla dubju nista’ nsejħilha waħda mill-akbar ħbieb li għandi”. Hekk iddikjara Omar Lund, iż-żagħżugħ Daniż ta’ 18-il sena li kien it-tielet persuna fil-vettura li ħasdet il-ħajja ta’ Tara Licari, ta’ 17-il sena, ilbieraħ filgħodu f’San Ġiljan.

Lund, li għadu qed jinżamm l-Isptar Mater Dei għall-kura, kiteb fuq Facebook li ġie f’sensieh aktar kmieni dalgħodu u ddeskriva lil Tara bħala persuna li dejjem irnexxielha titfalu tbissima grazzi għat-tbissima kontaġġjuża tagħha. Qal li kemm ilu jafha, qatt ma kellu raġuni għalfejn m’għandux jafdaha jew li qatt iddubita jekk kienx se jsibha meta l-aktar kellu bżonn.

Filwaqt li wiegħed li qatt mhu se jinsiha, Omar Lund għalaq billi sellem lill-“anġlu sabiħ” li Tara kienet tfisser għalih.

Agħfas fuq l-istampa biex taqra l-post kollha