Lokali

Tkompli l-invażjoni tal-Pokemon f’Malta : Kappillan jirċievi telefonata għax hemm Pokemon fil-Knisja

Tkompli l-invażjoni tal-logħba Pokemon f’pajjiżna, li f’dawn l-aħħar jiem ġennet lil Malta. Iżda din id-darba l-invażjoni tal-Pokemon seħħet propju fil-knisja ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta.

Il-Belt Valletta hi magħrufa għan-numru kbir ta’ Pokemon li jidhru, u li b’konsegwenza tagħha mijiet ta’ nies qed jinżlu fil-Belt Kapitali jiġru warajhom. Il-problema li sabu ma wiċċhom illum dawk li kienu qegħdin ifittxu l-Pokemon kienet, li l-Pokemon staħbew f’post fejn ma setgħux jilħquhom – ġewwa l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Status li tella’ fuq Facebook il-Kapillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin Fr Deo Debono juri propju dan:

pokemon knsija

Aktar tard, hu ikkummenta li persuna mhux magħrufa ċemplet tistaqsi meta se tiftaħ il-knisja sabiex ikunu jistgħu jidħlu ġewwa ħalli jaqbdu lil dan il-Pokemon li staħba sew.

pookemon knisja 2