Internazzjonali

Tkompli l-mewġa ta’ arresti fit-Turkija

epa05431938 Turkish police with an arrested Turkish soldier at police headquarter in Mersin, Turkey, 19 July 2016. Turkish Prime Minister Yildirim reportedly said that the Turkish military was involved in an attempted coup d'etat. Turkish President Recep Tayyip Erdogan has denounced the coup attempt as an 'act of treason' and insisted his government remains in charge. Some 104 coup plotters were killed, 90 people - 41 of them police and 47 are civilians - 'fell martrys', after an attempt to bring down the Turkish government, the acting army chief General Umit Dundar said in a televised appearance.who were killed in a coup attempt on 16 July, during the funeral, in Istanbul, Turkey, 17 July 2016. Turkish Prime Minister Yildirim reportedly said that the Turkish military was involved in an attempted coup d'etat. Turkish President Recep Tayyip Erdogan has denounced the coup attempt as an 'act of treason' and insisted his government remains in charge. Some 104 coup plotters were killed, 90 people - 41 of them police and 47 are civilians - 'fell martrys', after an attempt to bring down the Turkish government, the acting army chief General Umit Dundar said in a televised appearance. EPA/STR

Kompliet il-mewġa ta’ arresti fit-Turkija b’rabta mal-attentat ta’ kolp ta’ stat ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet, arresti li issa qabżu l-50,000 persuna u l-Erbgħa ra lil 99 bejn ġenerali u ammiralli jitressqu l-qorti b’akkużi marbuta mal-attentat ta’ kolp ta’ stat.
Apparti dan, wara li t-Tlieta kien hemm mewġa ta’ arresti fost l-għalliema, l-Erbgħa, il-Gvern Tork ordna li ebda akkademiku ma seta’ jħalli l-pajjiż u biex dawk li hemm barra mit-Turkija jirritornaw kemm jista’ jkun malajr.
Ukoll, madwar 1,577 professur universitarju kienu mitluba jirriżenjaw minħabba l-appoġġ tagħhom għall-kolp ta’ stat. Dan apparti 21,000 għalliem u 15,000 impjegat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Dan qanqal ħafna suspetti madwar l-Ewropa dwar il-ħeffa li biha l-Gvern Tork irnexxielu jidentifika dawn l-eluf kollha ta’ nies li suppost appoġġjaw il-kolp ta’ stat f’temp daqstant qasir. Dan qanqal suspetti li l-Presdient Tork Tayyip Erdogan approfitta minn dan l-attentat ta’ kolp ta’ stat biex jeħles minn kull kritika u oppożizzjoni kontrih.
L-akkuża kontra ħafna hi li għandhom rabtiet ma’ Fethullah Gulen, eksalleat ta’ Erdogan imma li ilu