Lokali

William Wait appuntat Chairman tal-Malta Enterprise

Id-Deputat Chairman tal-Malta Enterprise preżenti, William Wait, se jiġi appuntat bħala ċ-Chairman mhux Eżekuttiv tal-istess Korporazzjoni. William Wait kien ilu jservi bħala Deputat Chairman tal-Malta Enterprise mill-2013.

William Wait kien ukoll Direttur u Deputat CEO ta’ toly Group, li kumpanija internazzjonali li timmanufattura prodotti kosmetiċi.

 

Fl-2008 kien elett fil-Federazzjoni tal-Kunsill Industrijali u wara elett Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija. Kien jifforma wkoll parti mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Fil-preżent William Wait qed iservi bħala Chairman Eżekuttiv ta’ Projects Malta Limited u Chairman tal-Water Services Corporation. Iżda din il-kariga tal-aħħar hu volontarjament se jxolji r-responsabilta’ tiegħu minnha minħabba din il-kariga.

Minfloku, ġie appuntat Mario Zammit fil-kariga ta’ Chairman tal-Water Services Corporation. Dan tal-aħħar serva bħala Direttur Maniġerjali ta’ Uniplast Limited.