“M’aħniex nilħqu l-kwota ta’ kuljum” – Is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm għadu kemm ippubblika appell importanti għad-demm.
Iċ-ċentru qal li r-riżerva fil-Bank Nazzjonali tad-Demm hija baxxa ħafna peress li f’dawn l-aħħar jiem ma tantx kien hemm donaturi tad-demm u għalhekk jibżgħu li jekk jinqala xi ħaġa urġenti mhux se jkollhom demm biżżejjed.
Min jixtieq jagħti d-demm u jsalva ħajja, jista’ jagħmel dan bejn it-8am u s-6pm mit-Tnejn sal-Ħadd ħdejn l-isptar San Luqa. Kull min imur għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità.
Xerred dan l-appell ħalli n-nies jagħtu d-demm u jsalvaw ħajja.
//= $special ?>