Sebestian Calleja, żagħżugħ Malti ta’ 18-il sena rebaħ l-OGAE Eurovision Song Contest f’Berlin matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
F’dan il-festival kienu qed jikkompetu 12-il pajjiż, bil-Portugal tikwalifika fit-tieni post u l-Italja fit-tielet post.
Sebastian, minn Ħal Qormi, ilu jkanta għal dawn l-aħħar 11-il sena u jieħu taħriġ għand il-kantant Glen Vella. Iż-żagħżugħ hu magħruf l-aktar għal ħin li jqatta’ meta jżur lir-residenti tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin fejn fost l-oħrajn ħa sehem fi pre’entazzjoni li tellaw fil-Milied.
Apparti minn hekk, fl-2014, Sebastian kien spiċċa finalist f’San Remo Junior Malta u kellu wkoll l-opportunità li jipparteċipa b’kanzunetta fl-Italja.
Ix-xewqa ta’ Sebastian hi li xi darba jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-adulti.
//= $special ?>