Fin-Nofsinhar tal-Indja, il-ħaddiema ngħataw il-Ġimgħa btala biex ikunu jistgħu jmorru jaraw film ġdid maħdum l-Indja, ‘Kabali’ li fih jieħu sehem wieħed mill-aktar atturi popolari fil-pajjiż, Rajinikanth.
Intqal li dan sar biex ikun evitat li nies jieħdu l-ġurnata sick jew jivvintaw xi skuża biex ma jmorrux xogħol.
Il-film se joħroġ għall-wiri f’12,000 ċinema. Rajinikanth hu wieħed mill-atturi l-aktar imħallsa fl-Asja u l-film anki qabel ma beda jintwera diġà daħħal mat-30 miljun dollaru għad-dritt biex juruh.
F’ Chennai u Bangalore, xi kumpaniji mhux biss taw ġurnata frank lill-ħaddiema imma anki qassmu biljetti b’xejn. Apparti minn hekk, l-Air Asia organizzat titjira speċjali biex twassal id-dilettanti biex jaraw il-film u bl-ikel favorit tal-attur jitqassam waqt it-titjira.
Btala pubblika fl-Indja biex jaraw film
