Il-prosekuturi fil-każ ta’ Oscar Pistorius se jappellaw is-sentenza ta’ 6 snin ħabs li ngħata l-atleta għax skonthom is-sentenza hi wisq ħanina.
L-atleta Afrikan, kien ingħata s-sentenza ta’ 6 snin ħabs wara li f’Jum San Valentinu tal-2014 qatel lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp f’daru stess wara li qal li ħaseb li daħal xi ħadd fuqu.
F’kummenti li taw lil midja internazzjonali aktar kmieni llum, il-prosekuturi qalu li s-sentenza li ngħata mhijiex proporzjonata mar-reat li għamel. Filfatt, huma jsostnu li meta ngħatat din is-sentenza kienet qed issir inġustizzja mal-parti l-oħra. Skont il-liġi Afrikana, il-minimu ta’ snin li persuna jeħel f’każ ta’ omiċidju huma ta’ 15-il sena filwaqt li Pistorius weħel anqas min-nofs il-minimu.