Ħaddiema tal-kostruzzjoni jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif irnexxielhom jaħarbu fil-ħin meta waqgħet faċċata ta’ residenza li kienu qed jaħdmu fuqha. Jidher li ħaddiem wieħed ittieħed l-isptar għall-kura wara li sofra ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am f’San Ġwann. Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Apparti minn hekk, ħaddiema tal-Enemalta mistennija jaslu fuq il-post biex ineħħu kwalunkwe periklu li jista’ jkun hemm.
//= $special ?>