Il-Pulizija f’Baltimore wissew lis-sewwieqa biex joqgħodu attenti ferm fit-toroq minħabba li qed jinnotaw ħafna sewqan perikoluż. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat kien rappurtat każ ta’ raġel li ħabat f’karozza pparkjata għaliex kien moħħu aljenat jilgħab il-Pokemon Go.
L-inċident seħħ fil-Istat ta’ Maryland fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u it-Tlieta.
Is-sewwieq li kien qed jilgħab il-Pokemon kien qed isuq vettura tat-tip Rav4. Hu baqa’ dieħel f’karozza tal-Pulizija illi f’dak il-ħin kienet ipparkjata.
Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>