Internazzjonali

Kien Ġunju ta’ sħana rekord madwar id-dinja

Ix-xahar ta’ Ġunju tal-2016 kien l-aktar wieħed qatt reġistrat skont in-National Aeronautics and Space Administration (NASA) u n-National Oceanic and Atmospheric Administration (NOAA) fl-Istati Uniti.
Jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 0.9 grad Celsius fit-temperatura, l-ogħla li qatt kien hemm f’xahar ta’ Ġunju minn mindu bdiet tinżamm dokumentazzjonji dwar it-temp fl-1880.
Barra minn hekk dan kien l-14-il xahar konsekuttiv li rat żieda rekord fit-temperatura
S’issa r-rekord kien fl-2015 fejn kienet reġistrata żieda ta’ 0.5 grad Celsius.
Apparti minn hekk, l-14-il xahar ta’ żieda fit-temperaturi sħan kien l-itwal fl-137 sena li ilha tinżamm dokumentazzjon.
Apparti minn hekk, l-Awstralja, ir-Renju Unit, Hong Kong u Spanja kienu xi wħud mill-postijiet fejn it-temperaturi żdiedu għal aktar minn grad Celsius aktar mill-medja filwaqt li New Zealand kellu l-aktar perjodu sħun – bejn Jannar u Ġunju – kemm ilha tinżamm dokumentazzjoni.