Membri tar-Royal Air Force (RAF) kienu mwissija biex iżommu profil baxx u ma jilbsux l-uniformi fil-pubbliku. Dan wara kien hemm attentat minn żewġt irġiel armati bis-skieken biex jinħataf membru tar-RAF
Il-każ seħħ quddiem il-bażi tar-RAF ta’ Marham f’Norfolk – bażi minn fejn qed jitilqu l-ajruplani Tornado li qed jibbumbardjaw l-ISIS fis-Sirja u l-Iraq. Jidher li l-membru tar-RAF kien jogging madwar il-bażi meta sar l-attentat ta’ ħtif. Hu ma kienx liebes l-uniformi.
Fl-2013, membru tal-Armata Ingliża, Lee Rigby, kien inqatel quddiem il-bażi tiegħu ta’ Woolwich
Membri tar-RAF imwissija ma jilbsux l-uniformi fit-toroq
