Żagħżugħ ta’ 18-il sena nqatel waqt li kien qed jilgħab Pokemon Go flimkien mal-kuġin tiegħu ta’ 17-il sena. Hu kien qed ifittex biex jaqbad il-mostri tal-Pokemon fit-toroq ta’ Guatemala City.
Fil-media internazzjonali qed jiġi rrappurtat li għad mhux magħruf x’inhi r-raġuni li ż-żgħażagħ ġew attakkati. Il-logħba Pokémon Go saret popolari mil-lejl għan-nhar madwar id-dinja, inkluż f’Malta. Permezz tal-logħba, il-parteċipanti jkollhom imorru jiskopru postijiet ġodda bil-għan li jsibu kemm jista’ jkun mostri.
Iż-żewġ żgħażagħ kienu qed ifittxu l-pokemon meta ġew attakkati minn persuni mhux magħrufa. Wieħed miż-żgħażagħ inqatel fuq il-post. Maġenbu, il-Pulizija sabu madwar 20 balla ta’ arma tan-nar.
//= $special ?>