Lokali

Bil-filmat u ritratti: Tingħata l-aħħar tislima lil Tara

funeral licari 1

Bħalissa, fil-knisja ta’ Santa Tereża f’Birkirkara qed issir ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Tara Licari, it-tfajla ta’ 17-il sena li tilfet ħajjitha f’inċident li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa.

Is-saċerdot iddeskriviha bħala xempju ta’ Alla u mimlija enerġija.
Lill-qraba u lil ħabib tagħha li kienu magħha waqt l-inċident, qalilhom li għalkemm bħalissa għaddejjin minn żmien difficli, xorta għandhom ikunu qrib Alla biex b’hekk ikunu qrib Tara.

It-tfajla tilfet ħajjitha nhar it-Tlieta li għadda meta kienet passiġġiera f’karozza li kienet qed tinstaq minn ħuha stess ta’ 23 sena. Fil-karozza magħhom kien hemm żagħżugħ ieħor Daniż li qatta’ xi jiem fl-ITU iżda rkupra. Iż-żgħażagħ kollha kienu Malta fuq btala flimkien mal-familja tagħhom.