2,977 mill-kważi 250,000 immigrant u refuġjat li waslu fl-Ewropa mill-Mediterran matul din is-sena tilfu ħajjithom matul il-vjaġġ li kienu qed jagħmlu bit-tama ta’ ħajja aħjar. Dan ħareġ minn statistika ppubblikata llum mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM).
Il-kelliem għall-IOM Joel Millman spjega lill-ġurnalisti li din is-sena, iċ-ċifra ta’ kważi 3,000 mewta ntlaħqet aktar kmieni mis-snin l-imgħoddija. Fl-2015, din iċ-ċifra ntlaħqet f’Ottubru, filwaqt li fl-2014, din iċ-ċifra ntlaħqet f’Settembru.
Il-kelliem tal-IOM kompla jispjega li għal numru ta’ xhur sa Marzu li għadda, kienu qed jiġu rrappurtati 20 mewta kuljum ta’ immigranti u refuġjati fil-Mediterran. Dan hekk kif, flimkien ma’ oħrajn, ikunu qed jaqsmu mil-Libja għall-Italja.
//= $special ?>