Il-Prim Ministru Joseph Muscat ordna li l-multi relatati ma’ ksur tar-regoli tas-sewqan, b’mod speċjali s-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, jiġu riveduti fid-dawl tas-sensiela ta’ inċidenti li seħħew fl-aħħar ġimgħat.
“Is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol hu att irresponsabbli li qed twassal għal telf ta’ ħajjet in-nies,” qal Muscat waqt il-programm Għandi xi ngħid, li jixxandar fuq Radju Malta u mmexxi minn Andrew Azzopardi.
Muscat kompla li jrid ikun hemm pieni eħrex biex jiġi kkastigat l-abbuż ta’ min isuq waqt li jkun taħt l-effett tal-alkoħol.
//= $special ?>