Internazzjonali

“Jekk ninbidlu f’Pokémon tiġu tgħinuna u ssalvawna?” – tfal Sirjani

Ritratti tal-qsim-il qalb mis-Sirja fejn numru ta’ tfal jidhru qed iżommu karti b’karattri ta’ Pokémon GO f’idejhom bl-għan li jwasslu messaġġ lid-dinja li huma ferm iżjed importanti minn sempliċiment mostri ta’ logħba diġitali.

Jakkumpanjaw lil dawn it-tpinġijiet, tidher il-kitba: “Jien hawn, ejja u salvani” b’riferenza għall-isfida li l-persuni li jilagħbu din il-logħba għandhom biex iduru u jfittxu l-karattri ta’ Pokémon.

Ir-ritratti kollha ttieħdu f’lokalitajiet differenti fis-Sirja u ttellgħu fuq Facebook mill-kumpanija tal-midja Revolutionary Forces of Syria Media Office, li taħdem bl-għan li twassal messaġġi tas-Sirjani kontra r-reġim ta’ Bashar al-Assad.