Lokali

Raġel iweġġa’ gravi kawża ta’ nar fuq dgħajsa

Raġel ta’ 53 sena mit-Tuneżija, residenti l-Birgu, sofra xi ġrieħi ġewwa x-Xatt tal-Birgu waqt li kien qed jiċċekja l-magni ta’ dgħajsa fejn f’dak il-waqt tela’ xi nar minn ġo l-istess magni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.