Lokali

Żgħażagħ Għawdxin jipparteċipaw waqt il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja

Grupp ta’ 68 żagħżugħ u żagħżugħa mid-Djoċesi ta’ Għawdex se jieħdu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir fi Krakovja fil-Polonja, bejn is-26 u t-30 ta’ dan ix-xahar. Għal Jum iż-żgħażagħ se jkun qed jattendi anke l-Papa Franġisku.

Il-grupp ta’ Għawdxin ġejjin mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ u ċ-ċentru Pastorali tar-Ragħaj it-Tajjeb, miċ-Ċentru ta’ Ġesu Nazzarenu, flimkien ma grupp ta’ żgħażagħ universitarji.

Id-delegazzjoni se tħalli Malta t-Tlieta u tasal lura pajjiżna ġimgħa wara, fit-2 ta’ Awwissu.

Fi Krakovja se jkun hemm wkoll grupp ieħor mill-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu il-Munxar

It-tfajla Lauren Grech intagħżlet fost numru ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja sabiex tkun waħda minn dawk li jkunu aktar qrib tal-Papa Franġisku waqt iż-żjara tiegħu fi Krakovja.