Internazzjonali

Il-Massakru ta’ Munich: M’hemm ebda rabta mal-estremiżmu Iżlamiku

epa05437120 Policemen with machine pistols stand in front of the central station and secure the area after a shootout in Munich, Germany, 22 July 2016. After a shootout at the Olympia shopping centre during Friday evening, the police reports several injuries and possible deaths. The situation is still unclear. EPA/ANDREAS GEBERT

Il-Pulizija Ġermaniża qalet li m’hemm ebda rabta mal-estremiżmu Iżlamiku fl-attakk tal-Ġimgħa filgħaxija f’Munich u li l-qattiel aġixxa waħdu.
Il-Ġimgħa filgħaxija, Ali Sonboly, żgħażugħ ta’ 18-il sena mwieled il-Ġermanja u ta’ nisel Iranjan, qatel disa’ persuni qabel ma qatel lilu nnifsu wara sparatura f’stabbiliment tal-fast food f’Munich u imbagħad f’ċentru kummerċjali fil-qrib.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-kap tal-Pulizija ta’ Munich, Hubertus Andrae, qal li jidher li l-qattiel kien ifissat fuq l-armi kif ukoll sparaturi li saru fil-passat f’postijiet pubbliċi.
Andrae qal li hemm “rabta ovvja” ma’ Anders Behring Breivik, l-estrem ista tal-lemin li eżatt ħames snin ilu kien qatel 77 persuna fin-Norveġja. Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Munich, il-Pulizija spejgat li Sonboly aktarx kellu problemi mentali u kien taħt kura medika.
Il-vittmi tiegħu kienu kollha Ġermaniżi, fil-maġġoranza żgħażagħ. Hu imbagħad qatel ruħu b’idejħ madwar kilometru bogħod minn fejn spara l-ewwel darba.
Għall-bidu kien hemm suspetti li kien hemm aktar minn persuna waħda li ħadet sehem fl-attakk imma s-Sibt il-Pulizija qalet li kien waħdu.
Intqal ukoll li fuqu nstabet pistola u 300 balla li kienu miżmuma f’basket li kien qed iġorr.