Parlament

“Ma nistax nifhem kif il-Prim Ministru mhux jaċċetta li jwieġeb id-domandi” – Toni Abela

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Abela tkellem dwar il-proposta tal-Oppożizzjoni biex il-Prim Ministru jwieġeb domandi tal-Membri Parlamentari fil-ħin tal-mistoqsijiet.

Hu qal ma jistax jifhem għaliex il-Prim Ministru mhux jaċċetta proposta bħal din meta jista’ jagħti kull spjegazzjoni mitluba minnu. Kieku jaċċetta proposta bħal din, il-Prim Ministru jkun jista’ jgħid li qed jirrispetta l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u ma tkomplix sitwazzjoni fejn Ministri jibqgħu jaħarbu milli jagħtu risposti.

Toni Abela rrefera wkoll għall-penali li se tkun imposta fuq Membri li ma jattendux. Staqsa fejn se jispiċċaw flus li jinġabru b’dan il-mod u ssuġġerixxa li dawn imorru għal entitajiet filantropiċi.