Residenti f’Tas-Sliema qed jaffaċjaw perikli ta’ kuljum minħabba żgħażagħ li qed jidħlu fil-binja tal-lukanda Holiday Inn f’Tas-Sliema biex ikissru u jwaddbu l-għamara li hemm għal isfel.
Fir-ritratti li ntbgħatu lil dan is-sit, grupp ta’ żgħażagħ jidhru jwaddbu l-għamara tal-lukanda għal isfel. Intant, residenti ta’ Tas-Sliema rrapurtaw dawn l-attivtajiet lis-sidien tal-binja u kif ukoll lil Pulizija. Madanakollu, ir-residenti qalu li ħadd ma ħa azzjoni. Filfatt qalu li sal-ġimgħa l-oħra stess, kien hemm xi żgħażagħ li daħlu u ħarqu kamra u b’konsegwenza ta’ hekk kellhom jissejħu membri tal-protezzjoni ċivili biex jitfu n-nar.
//= $special ?>