Lokali

Koppja Inġliża tweġġa’ f’inċident bil-mutur

Koppja Ingliża weġġgħet gravi wara li kienu nvoluti f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-19:50pm fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.

Mill-ewwel fuq il-post marru l-Pulizija mill-għassa tal-Qawra li mill-investigazzjonijiet tagħhom irriżulta li l-koppja tilfu l-kontroll tal-mutur tat-tip Peugeot.

Il-mutur kien qed jinstaq mir-raġel li għandu 31 sena filwaqt li l-mara ta’ 34 sena kienet passiġġiera.

Dwar dan l-inċident il-Pulizija wkoll għaddejja bl-istħarriġ.