Internazzjonali

Sparatura f’kumpless kummerċjali f’Malmo l-Isvezja

Għall-ħabta tal-16.00 ħin lokali f’ċentru kummerċjali f’Malmo l-Isvezja seħħet sparatura li ħalliet raġel midrub. Skont l-aħħar rapporti jidher li r-raġel sparawlu f’saqajh.

Il-pulizija Svediża bħalissa għadhom fit-tfittxija għal persuna li wettaq l-isparatura hekk kif skont l-istampa internazzjonali huwa għadu jiġri madwar il-belt.

Il-Pulizija taw ordni biex ħadd ma joħroġ mill-kumpless kummerċjali.

Aktar dettalji l-quddiem.