Internazzjonali

Hillary Clinton uffiċjalment il-kandidat tal-Partit Demokratiku

epa05351006 US presumptive Democratic Party Presidential nominee and former Secretary of State Hillary Clinton (C) addresses her supporters during a Primary Night campaign event at the Brooklyn Navy Yard in Brooklyn, New York, USA, 07 June 2016. On Monday Mrs. Clinton exceeded the delegate threshold to become the presumptive Democratic Party nominee for the President of the United States. EPA/PETER FOLEY

Hillary Clinton issa hi uffiċjalment il-kandidat tal-Partit demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana. Żvilupp li bih issa tniżżlet fl-istorja bħala l-ewwel mara li kienet nominata minn partit politiku ewlieni Amerikana biex tikkontesta l-elezzjoni għal President.
Clinton kienet nominata formalment fit-tieni lejl tal-Konvenzjoni Nazzjonali Demokratika li qed isir f’Philadelphia – disa’ snin wara li kienet għamlet l-ewwel sforz tagħha għall-elezzjoni Presidenzjali. Dak inhar, in-nomina kienet intrebħet minn Barack Obama.
Il-lejla kienet waħda dedikata lill-għaqda fi ħdan il-partit wara diversi kontroversji fosthom li l-ogħla tmexxija tal-partit kienet qed tiffavorixxi lil Clinton fuq l-avversarju tagħha Bernie Sanders. Imma kien l-istess Sanders li esprima l-appoġġ tiegħu għan-nomina ta’ Clinton.
Sadattant fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika ftit li xejn hemm ċaqliq bi Clinton u Trump ras imb ras, bi Trump f’xi wħud minnhom igawdi minn distakk fuq Clinton u indikazzjoni li din se tkun elezzjoni missielta sal-aħħar.