Aġġornata fis-1.50pm:
Il-Pulizija tikkonferma l-aħbar li ġiet ippublikata minn dan is-sit aktar kmieni dalgħodu, dik li l-katavru li nstab fir-Ramla l-Ħamra hu ta’ Bence Murinai, l-Ungeriż ta’ 17-il sena.
Aġġornata fl-12pm:
Il-katavru li nstab ir-Ramla l-Ħamra ġie identifikat u kkonfermat li hu Bence Murinai mill-membri tal-familja tiegħu stess. Iż-żagħżugħ ġie identifikat minn tattoos li kellu fuq ġismu.
Netnews.com.mt jista’ jikkonferma wkoll li ż-żagħżugħ se jkun qed jindifen Għawdex stess.
Aktar kmieni:
Dalgħodu, il-familja taż-żagħżugħ Ungeriż Bence Murinai li niżel jgħum f’Għawdex u baqa’ ma telax, qegħdin Għawdex biex possibilment jidentifikaw lill-katavru li nstab ir-Ramla l-Ħamra u li ntlemaħ minn life guard.
Huwa maħsub li l-katavru li nstab fl-20 ta’ Lulju huwa taż-żagħżugħ, u la darba jiġi kkonfermat, se jħejju għadd-difna tiegħu li probabbilment se ssir Għawdex stess.
Bence, ta’ 17-il sena niżel jgħum fl-inħawi ta’ Għar Qawqla flimkien ma’ ħuh ta’ 15-il sena li fortunatament irritorna lura lejn l-art mingħajr diffikultà.
//= $special ?>