Lokali

Kelb isalva u qattus imut b’kawża ta’ nar f’garaxx fĦal Għaxaq

Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tal-10.45am garaxx ta’ residenza f’Ħal Għaxaq ħa n-nar. Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew biex jitfu n-nar.

Fortunatament fid-dar ma kienx hemm nies iżda l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu kelb u qattus li kienu fid-dar. Il-kelb salva filwaqt li l-qattus miet b’kawza tan-nar u d-duħħan.

Il-garaxx ġarab xi danni, iżda d-dħaħen infirxu mad-dar kollha. L-inċident seħħ fi Triq Dawret f’Ħal Għaxaq.