Waħda mill-ewwel affarijiet li persuna titgħallem meta tkun qed tistudja r-regoli tat-triq huma s-sinjali tat-triq u la darba takwista l-liċenzja, kull sewwieq għandu l-obbligu li jħares dawn is-sinjali u r-regoli l-oħra tas-sewqan. Imma jekk tasal f’tarf it-triq u quddiemek issib sinjali kontradittorji, x’tagħmel?
F’ritratt li ttella’ fuq Facebook, jidhru żewġ sinjali mwaħħla mal-istess arblu u jindikaw affarijiet opposti lill-istess sewwieq. Dawn is-sinjali jfissru li s-sewwieq ma jistax jikser kemm lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug. Allura f’dan il-każ x’jiġri?
Din hi mistoqsija miftuħa li diversi nies qed jippruvaw isolvu fil-mijiet ta’ kummenti fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>