Ambjent Lokali Turiżmu

“Malta saret imniġġsa daqs it-Turkija u t-Tuneżija”

Jikteb review fuq Tripadvisor li ġabet magħha diversi reazzjonijiet

“In-nies Maltin huma dħulin. Imma mil-lukanda ‘il barra…tniġġis, traffiku u toroq diżastrużi”.

Hija din l-opinjoni li għandu turist li wasal Malta mill-Iżvizzera u li ġabet magħha diversi reazzjonijiet, inkluż fuq gruppi Maltin fuq Facebook. Dan wara li l-istess kumment tpoġġa’ fuq dawn il-gruppi u ġab miegħu mewġa ta’ kummenti.

Wara l-btala f’pajjiżna, dan it-turist qal li Malta saret imniġġsa daqs it-Turkija u t-Tuneżija. “Malta tista’ tkun ħafna aħjar. Naħseb li l-Greċja, il-Kroazja, Spanja u Franza joffru kwalita’ ogħla minn Malta”, sostna dan it-turist fuq Tripadvisor.

Ir-raġel, li juża l-account 17clarence, sostna li l-bajjiet huma maħmuġin, it-traffiku hi problema enormi u ma jeżistix infurzar.

“It-toroq jinsabu f’kundizzjoni terribbli. Iżda apparti l-Belt u l-Imdina, ma hemm xejn speċjali x’tara”.