Lokali

Raġel ta’ 62 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir f’Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 62 sena waqa’ f’bir waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’residenza f’Ħal Għaxaq. Jidher illi waqt li kien nieżel fil-bir, inkiser is-sellun u waqa’. Għalkemm ir-raġel weġġa’, hu tela’ waħdu minn ġol-bir.

Ambulanza li ssejħet fuq il-post ħadet lir-raġel l-isptar u ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09.30 ta’ dalgħodu, meta l-pulizija rċiviet rapport li persuna kienet waqgħet f’bir fi Triq il-Lellux f’Ħal Għaxaq.