Lokali

Ritratti: Il-bandiera Maltija tixxejjer fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja

krakow 2  krakow 5 krakow

Ilbieraħ ġiet iċċelebrata l-ewwel quddiesa li uffiċjalment fetħet l-attivitajiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja.

Grupp ta’ Maltin mill-MSSP li qegħdin fi Krakovja u li qed jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet tkellmu ma’ dan is-sit u rrakuntaw kif ilbieraħ kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu mal-mijiet ta’ żgħażagħ oħra li hemm minn madwar id-dinja kollha.

Fi Krakovja bħalissa hemm aktar minn 650 żagħżugħ u żagħżugħa Maltin minn 23 għaqda reliġjuża differenti. L-attivitajiet se jibqgħu sejrin sa nhar il-Ħadd li ġej.