Lokali

Avviż: Tħallix lil uliedek jilbsu dawn iċ-ċpiepet!

Id-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur f’Malta ħarġet avviż lill-ġenituri biex lil uliedhom ma jħalluhomx jilbsu ċpiepet, li jsejħulhom soother holders bħal dawn tar-ritratt, li jistgħu jkunu ta’ riskju kbir għalihom.

Id-diviżjoni qalet li sabet numru ta’ ċpiepet li mhumiex konformi mal-istandards meħtieġa u għalhekk huma ta’ riskju fuq saħħet it-tfal. Fost il-perikli msemmija, iċ-ċpiepet huma itwal mill-220mm, il-massimu permess.