Raġel ta’ 62 sena sofra feriti gravi wara li kmieni dalgħodu żelaq bir-rota fuq fuel li kien hemm fit-triq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.50am fi Triq il-Għajn f’Ħad-Dingli.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u anke membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li min-naħa tagħhom raw li jitneħħa kull periklu li kien hemm fit-triq.
Iċ-ċiklist ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>