Lokali

“Għandi lil Mike imma m’għandix lilu” – Il-maħbuba taż-żagħżugħ li nstab mejjet Ħad-Dingli

“Jien u Mike konna romantiċi…. issa hu mejjet u jien hawn”, dawn huma kliem il-qalb maqsuma tat-tfajla ta’ Mike Mansholt, iż-żagħżugħ Ġermaniż ta’ 17-il sena li tilef ħajtu meta kien fuq btala f’Malta.

mike 3 mike 4 mike 2

Fuq il-profile tagħha ta’ Facebook it-tfajla tellgħet ritratti tal-koppja waqt li kienu fuq il-btala tagħhom f’Malta. Hi kitbet li kull ftit minuti ta’ kull siegħa jiġuha ħsibijiet dwarha u dwar Mike flimkien, iżda ftit tal-minuti wara tintebaħ bir-realtà li Mike m’għadux magħha. Tgħid li fi ħsibijieta tisma’ twerżieq, daħk u biki.

It-tfajla tkompli tgħid li għalkemm huma ma kienux perfetti bħala koppja, kienu qed imorru dejjem għall-aħjar. Tiddiskrivi lill-maħbub tagħha bħala l-aktar persuna ħelu u ġentili minn ġewwa u l-aktar persuna b’saħħtu fiżikament minn barra.

Qalet li f’idejh biss kienet tħossha aħjar. Kitbet li kellha kollox imma issa m’għandha xejn. Madanakollu qalet li tħossha kburija li bejniethom kien hemm imħabba reċiproka.

Il-maħbuba tiegħu tispiċċa l-messaġġ billi tgħidlu “your Piranha” kif kien isejħilha hu u tgħid li m’għandiex idea kif mil-llum ‘l quddiem se tkompli tagħmel l-affarijiet li kienu jagħmlu huma flimkien, avolja temmen li hu dejjem se jkun magħha.

backbag

Il-katavru ta’ Mike Mansholt instab jumejn ilu f’Ħad-Dingli wara li kienet qed issir tfitxija għalih mill-pulizija u mill-membri tal-familja tiegħu. Fuq Facebook issa qed isir appell biex issir tfittxija għall-basket li kien qed iġorr miegħu Mike meta għeb. Il-qraba tiegħu qed jgħidu li fil-basker jista’ jkun hemm xi ritratti jew filmati tal-aħħar ftit jiem taż-żagħżugħ.