Lokali

Tfajjel Malti jirbaħ konkors internazzjonali fil-Latvija

miguel 2 miguel 3

Miguel Bonello, tfajjel mir-Rabat kiseb suċċess wara li rebaħ il-konkors internazzjonali Riga Summer Symphony 2016 fil-Latvija f’isem Malta.

Apparti mill-ewwel post f’dan il-konkors, Miguel reġa rebaħ ukoll il-premju tal-‘Grand Prix’ li timmerita lill-aqwa kantant tal-konkors mill-kategoriji kollha.

B’kollox f’dan il-konkors ħadu sehem ħames kantanti żgħar Maltin li mill-kategoriji tat- tfal bejn l-10 u t-12 -il sena fl-ewwel post ġiet il-kantanta Maltija Martina Cutajar segwieta minn Emma Curmi fit-tieni post.  Mill-kategorija bl-eta’ ta’ 13 u l-14 -il sena rebħu bl-ewwel post; Julia Camilleri u Miguel Bonello. B’ Anthea Bezzina tiġi fl-ewwel post fil-kategorija tal-15 u s-17 -il sena.

 

kantanti Riga

 

Dan il-konkors ittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Lulju li għadda u fih ħadu sehem diversi pajjiżi Ewropej.