Illum wara nofsinhar żagħżugħ inqabad fil-fatt jisraq minn stabbiliment tal-ħwejjeġ fi triq ir-Repubblika l-Belt, quddiem il-Qorti.
Iż-żagħżugħ jidher li daħal l-istabbiliment u beda jdaħħal xi ħwejjeġ fil-basket li kellu. Meta dan kien ħiereġ mill-ħanut bl-oġġetti misruqa, iż-żagħżugħ ssejjaħ lura fil-ħanut u mmedjatament sar kuntatt mal-Pulizija mid-distrett tal-Belt.
Dawn wassal biex fil-pussess taż-żagħżugħ instabu diversi oġġetti misruqa u għaldaqstant inżamm arrestat.
Jirriżulta wkoll li ż-żagħżugħ kien ilu jdur f’diversi ħwienet fil-Belt għal tal-inqas siegħa.
//= $special ?>