Lokali

Ritratti: Turisti jweġġgħu wara inċident bejn żewġ ‘coaches’ bit-turisti

Disa’ persuni weġġgħu wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-2pm bejn żewġ ‘coaches’ tat-turisti fil-by-pass tal-Mellieħa.

Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li b’kollox kien hemm madwar 24 passiġġier abbord il-‘coaches’ misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Mosta u Tuneżin ta’ 35 sena residenti Birżebbuġa.

Jirriżulta li sebgħa minn dawk li weġġgħu ttieħdu l-Isptar Mater Dei u tnejn oħra ttieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura.

Fil-post waslu l-Pulizija li ħadu ħsieb jagħlqu t-triq għal xi ħin mit-traffiku u li għadhom qed jinvestigaw il-każ. Issejħu wkoll Ambulanzi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Incident Mellieha By-pass 1 290716

Incident Mellieha By-pass 2 290716

Incident Mellieha By-pass 3 290716

Incident Mellieha By-pass 5 290716