Lokali

Tkompli t-tfittxija għall-basket ta’ Mike Mansholt li nstab mejjet Ħad-Dingli

It-tfittxija għall-basket ta’ Mike Mansholt, iż-żagħżugħ Ġermaniż li nstab mejjet Ħad-Dingli għadha għaddejja.

Wara li nhar it-Tlieta li għadda membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Pulizija flimkien ma’ xi qraba ta’ Mike sabu l-ġisem bla ħajja taż-żagħżugħ u r-rota li kien qed isuq dakinhar li għeb, il-familja tiegħu għadha qed tappella lill-pubbliku biex tgħinhom ifittxu l-basket li kien qed iġorr fuq daru.

Il-familja ta’ Mike qed jgħidu li fil-basket jista jkun għandu xi filmati, ritratti jew rikordji oħra tal-aħħar ftit jiem tiegħu fuq din id-dinja.

Apparti minn hekk, il-midja qed tirraporta li l-investigazzjoni fuq dan il-każ għadha qed issir u li issa intalbu li jittieħdu xi testijiet tad-DNA.