Diġà għaddew 59 ġurnata mill-ewwel sessjonijiet ta’ eżamijiet ta’ Mejju fl-Università ta’ Malta u wħud mill-istudenti għadhom ma rċivewx ir-riżultati kollha jew saħansitra xejn.
Studenti li tkellmu ma’ dan is-sit qalu kif l-eżamijiet bdew nhar il-31 ta’ Mejju li għadda u sa issa għadom qed jittamaw li jirċievu r-riżultati mill-fakultajiet rispettivi tagħhom biex jiddeterminaw il-futur tagħhom.
Apparti mill-kurżità u x-xewqa tal-istudenti li jkunu jridu jkunu jafu kif marru wara li jkunu stinkaw u studjaw, f’xi każijiet ir-riżultati jiddeterminaw ukoll jekk persuna għaddietx għas-sena li jmiss jew saħansitra gradwatx. Din il-problema qed taffetwa wkoll lil studenti li ġew aċċettati biex jistudjaw barra minn Malta bħala parti mill-programm Erasmus+ u li jinsabu fuq ix-xwiek biex jippjanaw l-ewwel semestru tagħhom barra minn Malta.
Ħaġa oħra li tikkontradixxi s-sitema kollha hi kif l-Università qed titlob lill-istudenti japplikaw għas-suġġetti li jixtiequ jagħżlu matul is-sena skolastika li ġejja jew inkella x’isem jixtiequ fuq iċ-ċertifikat ta’ gradwazzjoni tagħhom meta huma stess lanqas jafu jekk għaddewx jew le.
Illum 29 ta’ Lulju hi l-aħħar ġurnata li fiha l-lekċerers għandhom jgħaddu il-marki lill-amministrazzjoni tal-fakultajiet sabiex jiproċessawhom fis-sistema u jgħaddu għand l-istudenti sat-2 ta’ Awwissu.
//= $special ?>